![photo of a passenger showing a covid certificate on a mobile phone](/sites/default/files/styles/large/public/newsroom/items/covidcertificatejl_WcizZJL1JLYntaNK7K0L2nZn98U_79202.jpg?itok=sogamwj6)
European Commission
Iċ-ċertifikat, li jkopri t-tilqim, l-ittestjar u l-irkupru kontra l-COVID-19, jiffaċilita l-ivvjaġġar sikur għaċ-ċittadini, u kien ukoll kruċjali biex tiġi appoġġata l-industrija tat-turiżmu tal-Ewropa li ntlaqtet ħażin ħafna. Iċ-ċertifikat tal-COVID Diġitali tal-UE huwa suċċess madwar id-dinja: huwa stabbilixxa standard globali u bħalissa huwa l-unika sistema li diġà qed titħaddem fil-livell internazzjonali. 43 pajjiż minn madwar erba’ kontinenti jinsabu fis-sistema, u aktar pajjiżi se jingħaqdu fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.