Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-portal Globali: sa EUR 300 biljun għall-istrateġija tal-Unjoni Ewropea biex tagħti spinta lil konnessjonijiet sostenibbli madwar id-dinja

Din il-ġimgħa, il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà nedew il-Global Gateway, l-Istrateġija Ewropea l-ġdida biex tingħata spinta lil rabtiet intelliġenti, nodfa u siguri fil-qasam diġitali, tal-enerġija u tat-trasport u jissaħħu s-sistemi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tar-riċerka madwar id-dinja.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qalet:

Il-COVID-19 uriet kemm hija interkonnessa d-dinja li ngħixu fiha. Bħala parti mill-irkupru globali tagħna, irridu nfasslu mill-ġdid kif nikkollegaw id-dinja biex nibnu ‘l quddiem aħjar. Il-mudell Ewropew jipprevedi investiment kemm fl-infrastruttura materjali kif ukoll f’dik immaterjali, investimenti sostenibbli fis-settur diġitali, klimatiku u enerġetiku, fit-trasport, fis-saħħa, fl-edukazzjoni u fir-riċerka, kif ukoll f’ambjent favorevoli li jiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi. Se nappoġġaw investimenti intelliġenti f’infrastruttura ta’ kwalità, li tħares l-ogħla standards soċjali u ambjentali, b’mod konformi mal-valuri demokratiċi tal-UE u n-normi u l-istandards internazzjonali. L-istrateġija tal-Global Gateway hija mudell għal kif l-Ewropa tista’ tibni konnessjonijiet aktar reżiljenti mad-dinja.

Stqarrija għall-istampa kompluta