Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Regoli ġodda tal-UE jagħmlu settijiet tad-data ta’ valur għoli disponibbli biex iħeġġu l-intelliġenza artifiċjali u l-innovazzjoni mmexxija mid-data

Mill-bieraħ bdew japplikaw regoli ġodda tal-UE dwar id-disponibbiltà ta’ aktar settijiet ta’ data pubbliċi għall-użu mill-ġdid. Dawn l-hekk imsejħa “settijiet tad-data ta’ valur għoli” fihom informazzjoni dwar sitt oqsma tematiċi stabbiliti fid-Direttiva dwar id-Data Miftuħa: ġeospazjali, l-osservazzjoni tad-dinja u l-ambjent, il-meteoroloġija, l-istatistika, il-kumpaniji u l-mobbiltà.

New EU rules make high-value datasets available to fuel artificial intelligence and data-driven innovation

iStock Photo Getty Images +

Ir-regoli l-ġodda għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw benefiċċji soċjetali u ekonomiċi importanti billi jagħtu spinta lil prodotti u servizzi innovattivi ġodda bħall-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali. Settijiet tad-data ta’ valur għoli fil-qasam meteoroloġiku, pereżempju, jistgħu jintużaw biex jipproduċu tbassir tat-temp aħjar u apps relatati. Il-kumpaniji agrikoli jistgħu jisfruttaw l-immaġnijiet satellitari, id-data dwar it-temp u l-informazzjoni dwar is-saħħa tal-ħamrija biex jimplimentaw tekniki ta’ biedja ta’ preċiżjoni, u b’hekk iżidu r-rendiment u jnaqqsu l-iskart.  

Il-portal uffiċjali għad-data Ewropea huwa l-aktar riżorsa estensiva għall-aċċess għad-data miftuħa. Dan jinkludi aktar minn 1,7 miljun sett ta’ data mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll mill-Istati Membri. Is-settijiet tad-data ta’ valur għoli se jkunu disponibbli mingħajr ħlas f’format li jinqara mill-magni, aċċessibbli permezz ta’ Interfaċċa għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet (API) u, fejn rilevanti, bħala tniżżil massiv.

Aktar informazzjoni dwar kif taċċessa d-data miftuħa hija disponibbli fuq Open data u settijiet tad-data ta’ valur għoli: gwida ta’ aċċess pass pass (paġna tal-fatti, li tista’ titniżżel bħala PDF li jista’ jiġi stampat).

Sib aktar informazzjoni dwar: