Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

L-Istat tal-Unjoni: Il-Kummissjoni tipproponi Perkors għad-Deċennju Diġitali biex titwettaq it-trasformazzjoni diġitali tal-UE sal-2030

Din il-ġimgħa l-Kummissjoni pproponiet Perkors għad-Deċennju Diġitali, pjan konkret biex tinkiseb it-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà u l-ekonomija tagħna sal-2030. Il-perkors propost għad-Deċennju Diġitali se jittrasforma l-ambizzjonijiet diġitali tal-UE għall-2030 f’mekkaniżmu eżekuttiv konkret. Se jistabbilixxi qafas ta’ governanza bbażat fuq mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni annwali mal-Istati Membri biex jintlaħqu l-miri tad-Deċennju Diġitali għall-2030 fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-ħiliet diġitali, tal-infrastrutturi diġitali u tad-diġitalizzazzjoni tan-negozji u tas-servizzi pubbliċi. Huwa għandu wkoll l-għan li jidentifika u jimplimenta proġetti diġitali fuq skala kbira li jinvolvu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

slide showing the 4 focal points of the Digital Decade: skills, public services, infrastructures and business

European Commission