Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE jissimulaw attakki ċibernetiċi fuq skala kbira biex irawmu t-tħejjija

Rappreżentanti għolja taċ-ċibersigurtà tal-Istati Membri tal-UE, l-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) u l-Kummissjoni ħadu sehem f’ “Eżerċizzju ta’ Livell Operazzjonali tal-Blueprint” ta’ jumejn, jew Blue OLEx 2022, biex jittestjaw il-proċeduri tal-ġestjoni tal-kriżijiet.

graphic showing an integrated circuit with a central lock and logos representing e.g. mobile phone, tablet, network, cloud etc.

iStock photo Getty images plus

Fid-dawl tal-implimentazzjoni li jmiss tad-Direttiva dwar in-Networks u s-Sistemi tal-Informazzjoni (NIS2), l-eżerċizzju taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira serva biex itejjeb il-koordinazzjoni komuni, is-sensibilizzazzjoni dwar is-sitwazzjoni u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, filwaqt li jrawwem il-bini tal-fiduċja u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Thierry Breton, il-Kummissarju għas-Suq Intern, qal:

Aktar minn qatt qabel, rajna atturi malizzjużi jiżviluppaw strateġiji ġodda biex jimmiraw l-infrastruttura u s-servizzi diġitali tagħna, filwaqt li jpoġġu liċ-ċittadini u lill-kumpaniji f’riskju. L-attakki ċibernetiċi jinsabu kullimkien u hija r-responsabbiltà kondiviża tagħna li naħdmu b’mod kollettiv fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ rispons rapidu ta’ emerġenza, b’mod partikolari fil-każ ta’ inċident jew kriżi ċibernetika fuq skala kbira.

Wara l-Blue OLEx 2021, din is-sena, l-eżerċizzju ġie organizzat mill-Awtoritajiet Litwani bl-appoġġ tal-ENISA fil-qafas tan-Netwerk Ewropew ta’ Organizzazzjoni ta’ Kollegament f’każ ta’ Ċiberkriżijiet, jew “EU-CyCLONe”.  L-EU-CyCLONe tappoġġa l-ġestjoni koordinata ta’ inċidenti u kriżijiet taċ-ċibersigurtà fuq skala kbira u tiżgura l-iskambju regolari ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni. Dan jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal rispons rapidu ta’ emerġenza f’każ ta’ inċident ċibernetiku transfruntier fuq skala kbira billi jippermetti kooperazzjoni bejn il-livelli tekniċi (eż. l-Iskwadra ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters — CSIRTs) u dawk politiċi (eż. Rispons Politiku Integrat f’Sitwazzjonijiet ta’ Kriżi — IPCR) meta sseħħ kriżi ċibernetika transfruntiera fuq skala kbira.

Aktar informazzjoni