
GettyImages © Khanchit Khirisutchalual
Dawn l-azzjonijiet huma parti mill-Komunikazzjoni dwar il-Kummerċ Elettroniku, “Sett ta’ Għodod Komprensiv tal-UE għal Kummerċ Elettroniku Sikur u Sostenibbli”, li l-Kummissjoni qed tipproponi llum. Il-Kummissjoni tħeġġeġ azzjonijiet, fost l-oħrajn, fl-oqsma tad-dwana u l-kummerċ, bħat-tnedija ta’ kontrolli doganali, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-Atti dwar is-Servizzi Diġitali u s-Swieq Diġitali.
Is-sena l-oħra, daħlu fis-suq tal-UE madwar 4.6 biljun kunsinna ta’ valur baxx, jiġifieri oġġetti b’valur li ma jaqbiżx €150, li jammontaw għal 12-il miljun pakkett kuljum. Dan huwa d-doppju tal-2023 u tliet darbiet aktar mill-2022, u ħafna minn dawn l-oġġetti nstabu li mhumiex konformi mal-leġiżlazzjoni Ewropea. Dan it-tkabbir esponenzjali qed iqajjem ħafna tħassib. Prinċipalment, hemm aktar u aktar prodotti ta’ ħsara li jidħlu fl-UE. Aktar minn hekk, il-bejjiegħa Ewropej, li jirrispettaw l-istandards għoljin tal-prodotti tagħna, jinsabu f’riskju li ssirilhom ħsara minn prattiki inġusti u mill-bejgħ ta’ oġġetti ffalsifikati permezz ta’ swieq online. Fl-aħħar nett, l-għadd kbir ta’ pakketti li qed jiġu ttrasportati għandu impronta ambjentali u klimatika negattiva.
Aktar dettalji jistgħu jinstabu fl-istqarrija għall-istampa, fil-Q&A u fl-iskeda informattiva.
Tista’ wkoll tniżżel il-komunikazzjoni sħiħa u taqra aktar dwar ir-regoli tal-Kummerċ elettroniku fl-UE.
Iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku lejn is-suq tal-UE ġabet magħha ħafna sfidi. L-UE hija lesta li tindirizza dawn l-isfidi, billi tingħaqad bħala Tim Ewropa biex tiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jkomplu jgawdu l-ħafna benefiċċji tax-xiri online, filwaqt li timminimizza r-riskji ta’ prodotti perikolużi li jheddu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. Irridu naraw settur kompetittiv tal-kummerċ elettroniku li jżomm lill-konsumaturi sikuri, joffri prodotti konvenjenti, u jirrispetta l-ambjent.
Henna Virkkunen, Viċi President Eżekuttiv għas-Sovranità, is-Sigurtà u d-Demokrazija tat-Teknoloġija