Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni timmobilizza l-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali

Il-Kummissjoni adottat emenda għall-Programm ta’ Ħidma 2023–24 ta’ Orizzont Ewropa, il-programm ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE. l-emenda timmobilizza finanzjament ta’ Orizzont Ewropa li qabel ma kienx allokat biex jiżdied il-baġit tal-2024 bi kważi EUR 1.4 biljun għal total ta’ EUR 7.3 biljun.

Commission mobilises research and innovation funding for the green and digital transitions

European Commission

Din l-emenda tinkludi investiment ta’ kważi EUR 650 miljun fil-Missjonijiet tal-UE li għandhom l-għan li jikkontribwixxu għas-soluzzjoni ta’ xi wħud mill-isfidi li qed tiffaċċja l-Ewropa, pereżempju, biex aktar minn 100 belt issir newtrali għall-klima, faċilità tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, kif ukoll azzjonijiet sperimentali li jiftħu opportunitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE għal aktar parteċipanti ġodda, fost novitajiet oħra.

Stqarrija għall-istampa sħiħa