Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tiftaħ il-Programm Ewropa Diġitali għat-Turkija

Il-Kummissjoni Ewropea ffirmat ftehim ta’ assoċjazzjoni għall-Programm Ewropa Diġitali mat-Turkija. Wara l-firem, u mat-tlestija tal-proċessi ta’ ratifika relatati, il-ftehim ta’ assoċjazzjoni se jidħol fis-seħħ.

In-negozji, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u organizzazzjonijiet eliġibbli oħra fit-Turkija se jkunu jistgħu jaċċessaw is-sejħiettal-Programm Ewropa Diġitali, programm b’baġit globali ta’ EUR 7.5 biljun fil-perjodu 2021–2027. 

B’mod partikolari, il-parteċipanti mit-Turkija se jkunu jistgħu jieħdu sehem fi proġetti li jużaw teknoloġiji diġitali madwar l-UE f’oqsma speċifiċi bħall-intelliġenza artifiċjali, u ħiliet diġitali avvanzati. Se jkunu jistgħu wkoll jistabbilixxu Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali fit-Turkija.

B’dan il-ftehim ta’ assoċjazzjoni, l-Unjoni Ewropea u t-Turkija se jsaħħu r-rabtiet b’saħħithom tagħhom fil-qasam tat-teknoloġiji diġitali — b’benefiċċji potenzjali li jirriżultaw mill-kapaċitajiet u mill-assi tat-Turkija fl-oqsma koperti mill-Programm Ewropa Diġitali, inkluż fl-IA.

Il-Kummissjoni tittama wkoll li tara lit-Turkija trawwem rabtiet aktar mill-qrib mal-ekonomija u s-soċjetà tal-UE, tikkoopera aktar fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħna u tappoġġa d-diġitalizzazzjoni, b’mod partikolari tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Il-fondi tal-Programm Ewropa Diġitali se jikkomplementaw il-finanzjament disponibbli għat-Turkija permezz ta’ programmi oħra tal-UE bħal Orizzont Ewropa. L-objettivi u l-oqsma tematiċi speċifiċi li bħalissa huma eliġibbli għall-finanzjament huma dettaljati fil-Programmi ta’ Ħidma.

Aktar informazzjoni

Il-programm Ewropa Diġitali

Kif tapplika għall-finanzjament