Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tinsab sodisfatta bil-ftehim dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-finanzjament ta’ networks tat-trasport u tal-enerġija aktar ekoloġiċi u sostenibbli, kif ukoll ta’ networks tad-diġitalizzazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea tinsab sodisfatta bil-ftehim li ntlaħaq mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar il-proposta tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), b’valur ta’ EUR 33.7 biljun, bħala parti mill-baġit fit-tul li jmiss tal-UE għall-2021–2027.

grafika li turi mappa tal-ewropa bi bliet interkonnessi u test tal-Programm Diġitali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa 2021–2027

Il-programm tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jappoġġa l-investiment fin-networks tat-trasport, tal-enerġija u tal-infrastruttura diġitali tal-Ewropa. Se jappoġġa t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, billi jikkontribwixxi għall-miri ambizzjużi għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u għad-Deċennju Diġitali.

Stqarrija għall-istampa kompluta