Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Coronavirus: Il-Kummissjoni tipproponi Ċertifikat Aħdar Diġitali

Illum il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li jinħoloq Ċertifikat Diġitali Aħdar biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur fl-UE matul il-pandemija tal-COVID-19. Iċ-ċertifikat Aħdar Diġitali se jkun prova li persuna tkun tlaqqmet kontra l-COVID-19, irċeviet riżultat negattiv tat-test jew fieqet mill-COVID-19. Se jkun disponibbli, mingħajr ħlas, f’format diġitali jew stampat.

ritratt ta’ persuna b’maskra tal-wiċċ li qed tistenna li tiġbor il-bagalji tagħha minn ajruport

Se jkun jinkludi kodiċi QR biex tkun żgurata s-sigurtà u l-awtentiċità taċ-ċertifikat. Il-Kummissjoni se tibni gateway biex tiżgura li ċ-ċertifikati kollha jkunu jistgħu jiġu vverifikati madwar l-UE, u tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni teknika taċ-ċertifikati. L-Istati Membri jibqgħu responsabbli biex jiddeċiedu liema restrizzjonijiet tas-saħħa pubblika jistgħu jitneħħew għall-vjaġġaturi iżda se jkollhom japplikaw tali eżenzjonijiet bl-istess mod għall-vjaġġaturi li jkollhom Ċertifikat Aħdar Diġitali.

Stqarrija għall-istampa kompluta