Kopreseduta minn Vera Jourova, Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza, u Viċi Prim Ministru taċ-Ċina, Zhang Guoqing, dan id-djalogu ospitat f’Beijing kopra kwistjonijiet ewlenin bħall-pjattaformi u r-regolamentazzjoni tad-data, l-Intelliġenza Artifiċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-fluss transfruntier ta’ data industrijali, jew is-sikurezza tal-prodotti mibjugħa online. Il-Kummissarju għall-Ġustizzja u d-drittijiet tal-konsumatur, Didier Reynders, ipparteċipa wkoll fid-diskussjonijiet permezz ta’ messaġġ bil-vidjo.