Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Id-deċennju Diġitali tal-Ewropa: Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-perkors lejn Ewropa b’awtonomizzazzjoni diġitali sal-2030

Dan l-aħħar, il-Kummissjoni ppreżentat viżjoni, miri u toroq għal trasformazzjoni diġitali b’suċċess tal-Ewropa sal-2030. Fost l-oħrajn, din hi kruċjali biex titwettaq it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, ċirkolari u reżiljenti. L-ambizzjoni tal-UE hi li tkun sovrana diġitalment f’dinja miftuħa u interkonnessa, u li ssegwi politiki diġitali li jagħtu s-setgħa lin-nies u lin-negozji biex isawru futur diġitali ffokat fuq il-bniedem, sostenibbli u aktar prosperu. Għandha l-ambizzjoni wkoll li jingħelbu l-vulnerabbiltajiet u d-dipendenzi u li jitħaffef l-investiment.

Il-Komunikazzjoni tal-lum issegwi s-sejħa tal-President von der Leyenbiex is-snin li ġejjin isiru d- “Deċennju Diġitali” tal-Ewropa; twieġeb l-appell tal-Kunsill Ewropew għal “Kumpass Diġitali”; u tibni fuq l-istrateġija diġitali tal-Kummissjoni ta’ Frar 2020. 

Stqarrija għall-istampa kompluta

Id-deċennju Diġitali tal-Ewropa — Mistoqsijiet u Tweġibiet

Downloads

Communication 2030 Digital Compass: the European way for the Digital Decade (.pdf)
Iddawnlowdja