Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-portal Globali: Il-President von der Leyen tħabbar avveniment maġġuri fl-21 u t-22 ta’ Ġunju

L-edizzjoni tal-2022 tal-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp (EDD) se ssir fl-21 u t-22 ta’ Ġunju bit-tema ‘Global Gateway: nibnu sħubijiet sostenibbli għal dinja konnessa”.

L-avveniment se jlaqqa’ flimkien parteċipanti ta’ livell għoli minn madwar id-dinja biex jevalwaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Portal Globali.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, qalet:

F’dinja kkaratterizzata minn instabbiltà dejjem akbar u sfidi globali kondiviżi, il-pajjiżi sħab tagħna jeħtieġu ħbieb affidabbli. Bil-portal Globali, l-Unjoni Ewropea tirdoppja l-isforzi tagħha u toffri sħubija bbażata fuq valuri reċiproċi u objettivi komuni għal investimenti ekoloġiċi, intelliġenti u inklużivi. Ninsab ħerqan li nilqa’ lill-mexxejja politiċi, lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u lis-settur privat minn madwar id-dinja sal-Jiem Ewropej tal-Iżvilupp, fejn ser niddiskutu l-implimentazzjoni konkreta tal-Global Gateway.

Il-Kummissarju għas-Sħubijiet Internazzjonali, Jutta Urpilainen, qalet ukoll:

Il-Global Gateway għandu l-għan li jimmobilizza sa EUR 300 biljun ta’ investiment sal-2027, f’approċċ ta’ Tim Ewropa bejn l-UE, l-Istati Membri, l-Istituzzjonijiet Finanzjarji għall-Iżvilupp, u s-settur privat. L-inizjattiva Portal Globali ntlaqgħet tajjeb ħafna, u diversi Stati Membri diġà ppreżentaw il-kontributi konkreti tagħhom. Il-jiem Ewropej tal-Iżvilupp se jkunu l-avveniment ewlieni fl-2022 biex niddiskutu kif, bħala Tim Ewropa, nistgħu naħdmu ma’ pajjiżi sħab, inkluż is-settur privat u n-negozji Ewropej, biex inwettqu inizjattivi ewlenin.

Stqarrija għall-istampa kompluta