Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

It-tnedija tax-Xahar Ewropew taċ-Ċibersigurtà biex tiffoka fuq l-indirizzar tal- “inġinerija soċjali”

Ottubru huwa x-Xahar Ewropew taċ-Ċibersigurtà u din is-sena timmarka l-11 edizzjoni tal-kampanja annwali tal-UE ddedikata għall-promozzjoni taċ-ċibersigurtà fost iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tal-UE, u biex tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar is-sigurtà online permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba.

banner of the cybersecurity month showing different people using different digital devices

European Commission

Dibattitu dwar it-tħejjija fil-ġlieda kontra t-theddid għaċ-ċibersigurtà jniedi l-kampanja llum fil-Parlament Ewropew.

Il-kampanja ta’ dinis-sena tindirizza l- “inġinerija soċjali”, fenomenu li qed jikber fejn scammers jippruvaw jimmanipulaw lin-nies biex iwettqu azzjonijiet online jew jagħtu informazzjoni sensittiva u/jew personali li mbagħad tintuża għal raġunijiet malizzjużi. Ix-xenarju ta’ Theddid ippubblikat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) sab li l-phishing sar l-aktar theddida komuni biex jinkiseb aċċess għal organizzazzjoni. Ladarba l-aggressuri jkollhom aċċess għal ġewwa ta’ organizzazzjoni, jistgħu jitwettqu aktar attakki bħal ransomware.

Margaritis Schinas, il-Viċi President għall-Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna, qal: 

Ix-xahar Ewropew taċ-Ċibersigurtà għandu l-għan li jżid is-sensibilizzazzjoni tagħna dwar iċ-ċibersigurtà u jħaffef il-pass mat-theddid ċibernetiku. Ifakkarna li faċilment nistgħu nsaħħu ċ-ċibersigurtà tagħna stess billi nsiru midħla ta’ xi drawwiet diġitali tajbin. Billi nkunu attenti kontra scammers nistgħu nibqgħu sikuri.

Thierry Breton, il-Kummissarju għas-Suq Intern żied jgħid:

L-iscammers qed isiru aktar kreattivi fil-modi tagħhom kif jattakkaw individwi u organizzazzjonijiet. Għalhekk huwa essenzjali li nibqgħu attenti b’teknoloġija ġdida u li s-sikurezza online tagħna tittieħed bis-serjetà ħafna. It-theddid ċibernetiku qed jevolvi b’pass mgħaġġel u l-imġiba taċ-ċittadini jista’ jkollha rwol fundamentali fil-mod kif nibqgħu ċibersiguri — hija r-responsabbiltà kondiviża tagħna.

Ix-xahar Ewropew taċ-Ċibersigurtà huwa organizzat mill-ENISA, il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE b’avvenimenti li jsiru madwar l-Ewropa matul ix-xahar ta’ Ottubru. Matul ix-xahar, se jiġi promoss ukoll l-aktar materjal promozzjonali innovattiv u ta’ suċċess prodott mill-Istati Membri tal-UE matul is-snin.

Aktar informazzjoni dwar ir-rebbieħa ta’ din is-sena u informazzjoni dwar l-avvenimenti fi Stati Membri differenti