Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
News article | Pubblikazzjoni

Is-sitt laqgħa ministerjali tal-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti f’Leuven, il-Belġju

Is-sitt laqgħa ministerjali tal-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija (TTC) bejn l-UE u l-Istati Uniti ser issir illum f’Leuven, il-Belġju.

Sixth ministerial meeting of the EU-US Trade and Technology Council in Leuven, Belgium

European Commission

Se jkun kopresedut mill-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea Margrethe Vestager, u l-Viċi President Eżekuttiv Valdis Dombrovskis, is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Antony Blinken, is-Segretarju tal-Kummerċ tal-Istati Uniti Gina Raimondo, u r-Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Istati Uniti Katherine Tai, flimkien mal-Kummissarju Thierry Breton, u ospitat mill-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. 

It-TTC huwa mezz biex l-UE u l-Istati Uniti jiddiskutu u jikkoordinaw approċċi għal kwistjonijiet kummerċjali u teknoloġiċi ewlenin f’kuntest ta’ sfidi ġeopolitiċi li qed jiżdiedu. B’dan il-ħsieb, il-laqgħa se tiffoka fuq l-eżiti tal-ħidma konġunta li għaddejja dwar teknoloġiji emerġenti bħall-intelliġenza artifiċjali, is-semikondutturi, is-6G u fuq suġġetti bħall-istandardizzazzjoni, il-pjattaformi online u l-konnettività sigura. Il-laqgħa ser tikkonċentra wkoll fuq l-avvanzi li saru biex jiġi promoss kummerċ transatlantiku aktar sostenibbli u sigur, pereżempju permezz tal- kooperazzjoni dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni, l-iskrinjar tal-investiment, l-akkwist ekoloġiku, il-fatturazzjoni elettronika, u l-ktajjen tal-provvista u l-ħidma kontinwa fuq il-valutazzjoni tal-konformità tat-teknoloġija ekoloġika. 

Wara nofsinhar, ir-rappreżentanti tal-UE u tal-Istati Uniti se jimpenjaw ruħhom ukoll mal-partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw l-industrija, l-akkademja u s-soċjetà ċivili biex jiskambjaw fehmiet dwar oqsma ta’ prijorità tal-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti u jiddiskutu t-triq’il quddiem għall-kooperazzjoni transatlantika dwar il-kummerċ u t-teknoloġija. 

l-UE u l-Istati Uniti nedew il-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti fis-summit tagħhom fi Brussell fil-15 ta’ Ġunju 2021. Il- laqgħa ministerjali inawgurali tiegħu saret f’Pittsburgh fid-29 ta’ Settembru 2021. Din kienet segwita mit- tieni laqgħa f’ Pariġi fis-16 ta’ Mejju 2022, it- tielet laqgħa f’College Park, Maryland, f’Diċembru 2022, ir- raba’ laqgħa f’Luleå, l-Iżvezja, f’Mejju 2023 u l -ħames laqgħa f’Washington DC f’Jannar 2024. 

Aktar informazzjoni

Diġitali fil-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti