Skont it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali tal-2021 ippubblikata wkoll fl-21 ta’ Ġunju, din ix-xejra tapplika għall-innovazzjoni fir-reġjuni kollha tal-UE. Fix-xenarju globali, l-UE għandha prestazzjoni aħjar minn xi kompetituri tagħha, bħaċ-Ċina, il-Brażil, l-Afrika t’Isfel, ir-Russja u l-Indja, filwaqt li l-Korea t’Isfel, il-Kanada, l-Awstralja, l-Istati Uniti u l-Ġappun għandhom prestazzjoni aħjar mill-UE. It-tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea ta’ din is-sena hija bbażata fuq qafas rivedut li jinkludi indikaturi ġodda dwar id-diġitalizzazzjoni u s-sostenibbiltà ambjentali, sabiex it-tabella ta’ valutazzjoni tkun aktar konformi mal-prijoritajiet politiċi tal-UE.