Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Consultation | Pubblikazzjoni

Semma’ leħnek dwar id-drittijiet tat-tfal online

Kif nistgħu niżguraw li nippromwovu, nipproteġu, nirrispettaw u nissodisfaw id-drittijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ kollha meta jmorru online? Semma’ leħnek fil-konsultazzjoni #DigitalDecade4YOUth, mill-1 ta’ Settembru sal-11 ta’ Ottubru 2021.

two children looking at a computer screen

© Jakovo - E+ via Getty Images

F’Marzu 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-boxxla diġitali li ssarraf l-ambizzjonijiet diġitali tal-UE għad-deċennju li jmiss. Permezz ta’ diversi attivitajiet ta’ konsultazzjoni, wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa li jiżviluppa sett ta’ prinċipji u drittijiet diġitali għal dikjarazzjoni interistituzzjonali bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Fil-qalba ta’ din il-ħidma hemm ix-xewqa li jiġi żgurat li d-dinja diġitali tkun adatta għall-futur u tkun tista’ tippermetti lil kulħadd jibbenefika mill-opportunitajiet kollha li jista’ joffri. Bħala parti minn attivitajiet ta’ konsultazzjoni usa’, it-tfal, iż-żgħażagħ, il-ġenituri u l-persuni li jindukraw, l-għalliema u l-edukaturi, u partijiet ikkonċernati oħra mill-Unjoni Ewropea kollha qed jiġu kkonsultati dwar il-prijoritajiet li jaraw li jippromwovu, jipproteġu, jirrispettaw u jissodisfaw id-drittijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ f’dinja diġitali. Dan l-għarfien importanti se jintuża wkoll biex jinforma Strateġija Ewropea ġdida għal Internet Aħjar għat-Tfal (Strateġija BIK), li għandha tiġi adottata fl-2022.

Issa qed niġbru kontribut mill-ġenituri u l-persuni li jindukraw, l-għalliema u l-edukaturi, u oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw opportunitajiet u esperjenzi pożittivi online għat-tfal u ż-żgħażagħ fl-Ewropa.

F’ dan l-istħarriġ, nitolbu li jiġu kkunsidrati l-opportunitajiet u l-benefiċċji li t-tfal u ż-żgħażagħ jistgħu jiksbu jekk ikunu online, l-isfidi u r-riskji li jistgħu jiffaċċjaw, u min għandu jkun responsabbli għat-titjib tal-esperjenzi online. Nitolbu wkoll opinjonijiet dwar x’jeħtieġ li jagħmlu dawk li jfasslu l-politika matul l-għaxar snin li ġejjin biex iġibu bidla.

Il-fehmiet tiegħek huma essenzjali fit-tiswir tal-ħidma li għaddejja dwar il-prinċipji diġitali fl-UE, u biex jgħinu biex it-tfal u ż-żgħażagħ tal-Ewropa jingħataw l-aħjar esperjenzi online possibbli.

Nistennew bil-ħerqa l-fehmiet tiegħek sal-11 ta’ Ottubru.