Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
  • EVENT
  • Pubblikazzjoni 15 Ottubru 2024

Serje ta' webinars: L-Att dwar id-Data fil-kuntratti

Għinna niżviluppaw mudelli ta’ termini kuntrattwali għall-kondiviżjoni tad-data u klawżoli kuntrattwali standard għall-qlib bejn is-servizzi tal-ipproċessar tad-data (kuntratti tal-cloud computing) billi taqsam l-opinjoni tiegħek.

Series of webinars: The Data Act in contracts

iStock Getty Images Plus © NicoElNino

Qabel ma jibda japplika l-Att dwar id-Data mit-12 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni se tirrakkomanda mudelli ta’ termini kuntrattwali għall-aċċess u l-użu tad-data u klawżoli kuntrattwali standard għall-cloud computing. Il-Kummissjoni stabbiliet Grupp ta’ Esperti biex jiżviluppa dawn il-mudelli, li se jifforma l-bażi għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fl-2025. Dawn il-mudelli għandhom l-għan li jgħinu b’mod speċjali lill-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u organizzazzjonijiet oħra li jistgħu ma jkollhomx riżorsi biex jabbozzaw u jinnegozjaw klawżoli kuntrattwali ġusti għall-kondiviżjoni tad-data jew għall-cloud computing. 

F’Novembru u Diċembru 2024, il-Kummissjoni se tospita sensiela ta’ 6 webinars man-negozji, ma’ dawk li jfasslu l-politika, mal-avukati u mal-esperti biex tiddiskuti l-iżvilupp kemm tal-abbozz tal-Klawżoli Kuntrattwali Standard (SCCs) għall-kuntratti tal-cloud computing kif ukoll tal-abbozz tat-Termini Kuntrattwali Mudell (MCTs) għall-kondiviżjoni tad-data.  

Il-webinars huma miftuħa għall-awtoritajiet, il-kumpaniji, l-avukati, il-professuri u l-organizzazzjonijiet tal-istati membri. Tista’ tirreġistra permezz tal-links ta’ hawn taħt biex tieħu sehem fid-diskussjonijiet u tgħin fit-tfassil tal-kuntratti. Innota li r-reġistrazzjonijiet jiġu aċċettati biss jekk jiġi pprovdut indirizz tal-email professjonali.

Wara r-reġistrazzjoni, il-parteċipanti se jirċievu link Webex u dokumentazzjoni rilevanti biex jappoġġaw id-diskussjoni (inkluż abbozz ta’ termini u klawżoli mudell) ftit jiem qabel l-avveniment. 

Webinars

20 ta’ Novembru - Klawżoli Kuntrattwali Standard (SCCs)

Dan il-webinar se jkopri l-SCCs li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-Data: Qlib u Ħruġ, Terminazzjoni, Sigurtà u kontinwità tal-operat. Reġistrazzjoni tal-fom

21 ta’ Novembru - Klawżoli Kuntrattwali Standard (SCCs)

Dan il-webinar se jkopri l-SCCs dwar ir-Responsabbiltà, in-Nonemendament, in-Nondispersjoni. Formola ta' reġistrazzjoni

27 ta’ Novembru - Mudell ta’ Termini Kuntrattwali (MCTs) 

Is-suġġetti koperti f'dan il-webinar jinkludu l-kuntratt bejn id-detenturi tad-data u l-utenti tad-data, kif ukoll l-użu tad-data mid-detentur tad-data, l-arranġamenti għall-aċċess għad-data mill-utent, u t-trasferiment tal-prodott konness lis-suċċessuri. Formola ta' reġistrazzjoni

28 ta’ Novembru - Mudell ta’ Termini Kuntrattwali (MCTs) 

Is-suġġetti koperti f'dan il-webinar jinkludu l-kuntratt bejn id-detenturi tad-data u r-riċevituri tad-data iżda wkoll ir-rabta mat-talba tal-utent, il-kuntratt bejn ir-riċevitur tad-data u l-utent, kif ukoll il-modi li bihom tista' tiġi aċċessata d-data. Formola ta' reġistrazzjoni

4 ta’ Diċembru - Mudell ta’ Termini Kuntrattwali (MCTs) 

Dan il-webinar se jkopri l-kumpens raġonevoli biex id-data ssir disponibbli miftiehem bejn id-detenturi tad-data u r-riċevituri tad-data skont l-Att dwar id-Data, kif ukoll kumpens possibbli għall-utent bi skambju ta’ aċċess u użu tad-data mid-detentur tad-data f’ċerti ċirkostanzi (pereżempju meta l-utent jaqbel li ma jikkondividix id-data ma’ entitajiet oħra). Formola ta' reġistrazzjoni

5 ta’ Diċembru - Mudell ta’ Termini Kuntrattwali (MCTs) 

Dan il-webinar ikopri l-kondiviżjoni volontarja tad-data u huwa rilevanti għal ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar il-kondiviżjoni tad-data iżda wkoll għall-użu tal-MCTs fl-ispazji tad-data. Formola ta' reġistrazzjoni