Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Obbligi addizzjonali għall-Pjattaformi Online Kbar Ħafna għall Pornhub, Stripchat u XVideos taħt id-DSA

Mill-ġimgħa d-dieħla, il-pjattaformi ta’ divertiment għall-adulti Pornhub, Stripchat u Xvideos se jkollhom jikkonformaw mal-obbligi l-aktar stretti skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA).

Additional obligations for Very Large Online Platforms kick in for Pornhub, Stripchat and XVideos under the DSA

iStock photo Getty images plus

Dawn l-obbligi speċifiċi jinkludu s-sottomissjoni ta’ rapporti dwar il-valutazzjoni tar-riskju lill-Kummissjoni, l-istabbiliment ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni biex jiġu indirizzati r-riskji sistemiċi marbuta mal-forniment tas-servizzi tagħhom, il-konformità ma’ obbligi addizzjonali ta’ trasparenza, inkluż dawk relatati mar-reklami, u l-għoti ta’ aċċess għad-data lir-riċerkaturi.

Dawn l-obbligi japplikaw għal Pjattaformi Online Kbar Ħafna (jiġifieri pjattaformi online b’aktar minn 45 miljun utent fl-UE) 4 xhur wara n-notifika legali tad-deżinjazzjoni tagħhom. Għat- tliet pjattaformi involuti, dawn id-dispożizzjonijiet addizzjonali se jibdew fl-21 ta’ April għal Pornhub u Stripchat, u fit-23 ta’ April għal XVideos.

Id-DSA jagħmel il-Pjattaformi Online Kbar Ħafna maħtura responsabbli għall-iżgurar ta’ spazji online aktar sikuri u trasparenti. Huma għandhom jidentifikaw u jindirizzaw b’mod effettiv ir-riskji sistemiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-mitigazzjoni tar-riskji għall-benesseri tal-minorenni, l-amplifikazzjoni tal-kontenut illegali, is-sistemi ta’ rakkomandazzjoni, eċċ.

Il-Kummissjoni qed timmonitorja bir-reqqa l-konformità mal-obbligi tad-DSA minn dawn il-pjattaformi, speċjalment fir-rigward tal-miżuri għall-protezzjoni tal-minorenni minn kontenut dannuż u biex jiġi indirizzat it-tixrid ta’ kontenut illegali. Jekk il-Kummissjoni jkollha suspetti ta’ ksur tal-obbligi tad-DSA, hija se ssegwi bil-passi xierqa, bl-użu tas-sett ta’ għodod sħiħ tad-DSA.

Il- Att dwar is-Servizzi Diġitali beda japplika għall-pjattaformi online kollha (irrispettivament mid-daqs tagħhom) fis-17 ta’ Frar 2024, li minn dak iż-żmien iridu jikkonformaw mal-obbligi ġenerali, bħall-istabbiliment ta’ sistema ta’ avviż u azzjoni faċli għall-utent, projbizzjonijiet fuq reklami mmirati għat-tfal, u rappurtar imtejjeb dwar it-trasparenza.

Il-pakkett tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali