Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Swieq Diġitali

Nhar il-Ġimgħa, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika dwar l-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Swieq Diġitali (“DMA”). Il-konsultazzjoni se ddum xahar u se tgħin fit-tfassil tar-regolament ta’ implimentazzjoni finali tal-Kummissjoni.

graphic showing a photo of a man holding a mobile phone and a cloud of icons projected on top of it such as wifi icon, shopping basket, file or data transfer symbol, email icon

iStock photo Getty images plus

L-att dwar is-Swieq Diġitali daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2022 u se jibda japplika fit-2 ta’ Mejju 2023. Dan jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta regoli proċedurali fir-rigward tal-infurzar tal-Att dwar is-Swieq Diġitali.

L-abbozz ta’ regolament ta’ implimentazzjoni issa disponibbli għall-feedback pubbliku jagħti dettalji dwar l-aspetti proċedurali relatati mal-infurzar tad-DMA, bħad-dritt tal-partijiet li jinstemgħu u li jaċċessaw il-fajl, kif ukoll l-elementi inklużi fil-formoli ta’ notifika, fost l-oħrajn. Dan għandu l-għan li jiżgura proċedimenti effettivi, kif ukoll li jipprovdi ċertezza legali dwar id-drittijiet u l-obbligi proċedurali lill-kumpaniji kkonċernati, inklużi dawk li se jiġu ddeżinjati bħala gwardjani.

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jissottomettu l-fehmiet tagħhom dwar l-abbozz fil-Portal Semma’ Leħnek tal-Kummissjoni sad-9 ta’ Jannar 2023.

Għal aktar dettalji dwar id-dħul fis-seħħ tal-Att dwar is-Swieq Diġitali, iċċekkja din l-istqarrija għall-istampa tal-31 ta’ Ottubru 2022.

Aktar informazzjoni dwar l-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA)