L-ewwel sejħa għal proposti se tiffinanzja azzjonijiet ta’ pluraliżmu u kollaborazzjoni għall-promozzjoni ta’ sħubijiet ġurnalistiċi b’ammont totali ta’ EUR 10.5 miljun. L-azzjoni dwar il-pluraliżmu hija mmirata lejn organizzazzjonijiet li jistgħu jistabbilixxu u jqassmu fondi lil entitajiet tal-media tal-aħbarijiet f’setturi ta’ rilevanza partikolari għad-demokrazija, filwaqt li l-azzjoni ta’ kollaborazzjoni għandha l-għan li tappoġġa proposti transfruntiera u kollaborattivi bejn organizzazzjonijiet tal-media tal-aħbarijiet li jiffukaw fuq mudelli ta’ negozju innovattivi u proġetti ġurnalistiċi madwar l-Ewropa.
Sejħa oħra għal proposti b’valur ta’ EUR 3 miljun għandha l-għan li toħloq sistema ta’ rispons rapidu li se timmonitorja b’mod sistematiku u komprensiv il-ksur tal-libertà tal-istampa u tal-media madwar l-UE, kif ukoll bejn il-pajjiżi li jipparteċipaw fil-programm Ewropa Kreattiva u l-pajjiżi kandidati. L-għan ġenerali huwa li dan il-monitoraġġ jiġġenera data u għarfien aħjar dwar ir-riskji tal-libertà u l-pluraliżmu tal-media.
Barra minn hekk, EUR 2.5 miljun huma ddedikati għal proġetti transfruntiera innovattivi li jgħinu biex itejbu l-ħiliet tal-litteriżmu medjatiku tal-Ewropej u jillimitaw l-impatt detrimentali tad-diżinformazzjoni. L-għotjiet se jħeġġu l-kondiviżjoni tal-għarfien dwar il-prattiki tal-litteriżmu medjatiku, kif ukoll l-espansjoni tal-prattiki bejn il-fruntieri nazzjonali, kulturali u lingwistiċi.
Dawn is-sejħiet tal-Ewropa Kreattiva huma parti minn appoġġ usa’ tal-UE għas-settur tal-media tal-aħbarijiet.
Sib aktar informazzjoni: