
L-interoperabbiltà tippermetti integrazzjoni aktar profonda u bla xkiel ta' prodotti ta' partijiet terzi mal-ekosistema ta' Apple. Għalhekk, l-interoperabbiltà hija kruċjali biex jinfetħu possibbiltajiet ġodda għall-partijiet terzi biex jiżviluppaw prodotti u servizzi innovattivi fuq il-pjattaformi tal-gwardjani ta' Apple. B'riżultat ta' dan, għażla usa' ta' prodotti se tkun disponibbli għall-konsumaturi fl-Ewropa li huma kompatibbli mal-apparati Apple tagħhom.
Il-Kummissjoni qed tassisti lil Apple fil-konformità tagħha billi tagħti dettalji dwar il-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-interoperabbiltà mal-iOS għal apparati konnessi ta’ partijiet terzi u billi tissimplifika l-proċess stabbilit minn Apple biex tittratta talbiet futuri għall-interoperabbiltà mal-apparati tal-iPhone u tal-iPad.