Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tilqa’ l-ftehim politiku dwar l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali

Il-Kummissjoni tilqa’ l-ftehim politiku li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (l-Att dwar l-IA), propost mill-Kummissjoni f’April 2021.

Commission welcomes political agreement on Artificial Intelligence Act

iStock photo Getty images plus

Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, qalet: 

L-intelliġenza artifiċjali diġà qed tbiddel il-ħajja tagħna ta’ kuljum. U dan huwa biss il-bidu. Użata b’mod għaqli u mifrux, l-IA twiegħed benefiċċji kbar għall-ekonomija u s-soċjetà tagħna. Għalhekk, nilqa’ ħafna l-qbil politiku tal-lum mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali. L-att tal-UE dwar l-IA huwa l-ewwel qafas legali komprensiv li qatt sar dwar l-Intelliġenza Artifiċjali madwar id-dinja. Għalhekk, dan huwa mument storiku. L-att dwar l-IA jittrasponi l-valuri Ewropej għal era ġdida. Billi jiffoka r-regolamentazzjoni fuq riskji identifikabbli, il-ftehim tal-lum se jrawwem innovazzjoni responsabbli fl-Ewropa. Billi tiggarantixxi s-sikurezza u d-drittijiet fundamentali tan-nies u tan-negozji, se tappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-adozzjoni ta’ IA affidabbli fl-UE. L-att tagħna dwar l-IA se jagħti kontribut sostanzjali għall-iżvilupp ta’ regoli u prinċipji globali għall-IA ċċentrata fuq il-bniedem.

Stqarrija għall-istampa kompluta