
iStock photo Getty Images plus
Dan il-ftehim huwa ffaċilitat mill-Kummissjoni Ewropea taħtil-Faċilità ta’Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi ul-Fond Ewropewgħall-Investimenti Strateġiċi, partimill-Pjan ta’Investiment għall-Ewropa. Dan se jippermetti aċċess għall-finanzjament għan-negozji kulturali u kreattivi li ta’ spiss ikunu żgħar, attivi f’xi wħud mis-setturi l-aktar milquta fl-ekonomija, u jipprovdi triq biex noħorġu mill-kriżi lejn tkabbir sostenibbli.
Il-Kummissarju għas-Suq Intern, Thierry Breton, qal:
“Il-kultura u l-kreaturi jeħtieġu l-appoġġ tagħna fil-kriżi tal-COVID-19. Il-Ftehim tal-lum mat-Triodos Bank u l-Fond Ewropew tal-Investiment, appoġġati mill-FEIS taħt il-Faċilità ta’ Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi tal-UE, se jillibera sa 200 miljun f’self lil negozji kulturali u kreattivi fi Spanja, il-Belġju, in-Netherlands u l-Ġermanja. Dan se jgħin l-irkupru tagħhom sabiex ikomplu jikkontribwixxu għall-pajsaġġ kulturali għani tal-Ewropa.”
Imnedija taħt il-qafastal-programm Ewropa Kreattiva, il-Faċilità ta’ Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi tal-UE hija ta’ benefiċċju għall-mikrointrapriżi u l-intrapriżi ta’ daqs medju (SMEs) fis-setturi kulturali u kreattivi, li spiss jiffaċċjaw diffikultajiet biex jaċċessaw finanzjament tad-dejn affordabbli għall-proġetti tagħhom. Din l-inizjattiva se tiggarantixxi sa EUR 2 biljun ta’ self ġdid għal eluf ta’ SMEs kulturali u kreattivi. Il-pjan ta’ Investiment għall-Ewropa s’issa mmobilizza EUR 546.5 biljun f’investiment madwar l-UE.
Stqarrija għall-istampatal-Fond Ewropew tal-Investiment hija disponibbli wkoll.