Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

L-att dwar is-Swieq Diġitali: Laqgħa inawgurali tal-Grupp ta’ Livell Għoli

Il-grupp ta’ Livell Għoli dwar l-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA) se jiltaqa’ għall-ewwel darba llum.

Digital Markets Act: Inaugural meeting of High-Level Group

Il-laqgħa inawgurali se tlaqqa’ flimkien rappreżentanti ta’ korpi u netwerks Ewropej differenti biex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ interess komuni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Swieq Diġitali.

Matul din l-ewwel laqgħa, il-Grupp ta’ Livell Għoli huwa mistenni jiddiskuti diversi suġġetti rilevanti għall-applikazzjoni u l-infurzar tad-DMA, inkluż l-istat tal-implimentazzjoni tiegħu, l-iżviluppi fl-oqsma tal-għarfien espert tal-membri tal-Grupp li huma ta’ rilevanza għall-infurzar tad-DMA, u s-sejbiet tas-serje ta’ sessjonijiet ta’ ħidma dwar id-DMA organizzati mill-Kummissjoni fl-aħħar sitt xhur dwar suġġetti bħall-awtopreferenzjar, l-interoperabbiltà, il-ħwienet tal-apps, u l-obbligi relatati mad-data.

Il-grupp ta’ Livell Għoli jlaqqa’ flimkien 30 rappreżentant nominati mill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB), in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (ECN), in-Netwerk ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (Network CPC), u l-Grupp Regolatorju Ewropew ta’ Regolaturi tal-Media Awdjoviżiva (ERGA). Il-grupp, imwaqqaf f’ Marzu 2023, għandu mandat ta’ sentejn, u se jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena.

Il-grupp ta’ Livell Għoli jista’ jipprovdi pariri u għarfien espert lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-DMA u regolamenti settorjali oħra applikabbli għall-gwardjani jiġu implimentati b’mod koerenti u komplementari. Jista’ jipprovdi wkoll għarfien espert fl-investigazzjonijiet tas-suq dwar servizzi u prattiki emerġenti, biex jgħin biex jiġi żgurat li d-DMA jibqa’ validu fil-futur. Id-DMA daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2022 u beda japplika mit-2 ta’ Mejju 2023.

Il-pakkett tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali