Is-sessjoni ta’ ħidma se ssir fil-5 ta’ Mejju fi Brussell, iżda l-parteċipazzjoni remota se tkun possibbli wkoll. Dan se jagħti lill-partijiet ikkonċernati l-possibbiltà li jipprovdu input u fehmiet dwar kif il-gwardjani ddeżinjati, jiġifieri l-pjattaformi diġitali li jipprovdu gateway importanti bejn l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi, jenħtieġ li jikkonformaw ma’ ċerti obbligi speċifiċi previsti mir-regoli l-ġodda. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq il-paġna tal-avveniment.
Id-DMA, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2022 u li se jibda japplika mit-2 ta’ Mejju 2023, huwa l-liġi l-ġdida tal-UE biex jiġu żgurati swieq ġusti u kontestabbli fis-settur diġitali. Dan tagħmlu billi tistabbilixxi sett ta’ kriterji oġġettivi definiti b’mod ċar biex jiġu identifikati l-hekk imsejħa “gwardjani.” Il-gwardjani huma pjattaformi diġitali kbar li jipprovdu servizzi ewlenin tal-pjattaforma, bħal servizzi ta’ reklamar online, servizzi ta’ networking soċjali online, magni tat-tiftix online, pjattaformi ta’ video-sharing, app stores, u servizzi ta’ messaġġiera. Dan l-avveniment isegwi tliet workshops preċedenti ffukati fuq l-interoperabbiltà, l-awtopreferenzjar u l-app stores.
Aktar informazzjoni