Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

L-att dwar is-Servizzi Diġitali: Ir-Regolament Delegat dwar l-awditi indipendenti issa huwa disponibbli għall-feedback pubbliku

Illum, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni dwar abbozz ta’ regoli dwar kif l-awditi indipendenti għandhom jitwettqu skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) għal Pjattaformi Online Kbar Ħafna (VLOPs) u Magni ta’ Tiftix Online Kbar Ħafna (VLOSEs).

graphic showing a photo of a person using a laptop with digital symbols projected on top of it

iStock photo Getty images plus

Il-konsultazzjoni se tibqa’ għaddejja sat-2 ta’ Ġunju. Wara li tiġbor il-feedback pubbliku, il-Kummissjoni biħsiebha tadotta r-regoli qabel tmiem is-sena.

L-awditi indipendenti huma essenzjali biex jgħinu lill-Kummissjoni tivvaluta l-konformità mal-obbligi kollha skont id-DSA. Awditi indipendenti rigorużi huma għodda importanti ta’ obbligu ta’ rendikont għad-DSA u jirriflettu l-aħjar prattiki f’ħafna setturi regolati oħra, bħal fis-servizzi finanzjarji.

L-abbozz tal-att għall-konsultazzjoni jipprovdi l-prinċipji ewlenin li l-awdituri jenħtieġ li japplikaw meta jagħżlu l-metodoloġiji u l-proċeduri tal-awditjar u jipprovdi aktar speċifikazzjonijiet għall-awditjar tal-konformità tal-VLOPs u tal-VLOSEs mal-obbligi tal-ġestjoni tar-riskju u tar-rispons għall-kriżijiet. Dan jinkludi mudelli għar-rapport tal-awditjar u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-awditjar li se jsiru pubbliċi u jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u lill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali fil-pajjiż tal-istabbiliment tal-VLOP jew tal-VLOSE.

Ir-rapport tal-awditjar għandu jippreżenta opinjoni tal-awditjar ċara u indipendenti fir-rigward tal-konformità tal-VLOPs u l-VLOSEs mad-DSA. L-ewwel rapporti tal-awditjar huma dovuti mhux aktar tard minn sena wara li l-obbligi tad-DSA jibdew japplikaw għal VLOPs u VLOSEs maħtura.

Konsultazzjoni

Il-pakkett tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali