Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Infurzar tad-DSA: Il-Kummissjoni tniedi ċ-Ċentru Ewropew għat-Trasparenza Algestika

Aktar kmieni din il-ġimgħa, iċ-Ċentru Ewropew għat-Trasparenza Algorimika (ECAT) ġie inawgurat uffiċjalment permezz ta’ avveniment ta’ tnedija dirett f’Sevilja, Spanja.

European Centre for Algorithmic Transparency logo

@JointResearchCentre

L-avveniment laqqa’ flimkien rappreżentanti mill-istituzzjonijiet tal-UE, l-akkademja, is-soċjetà ċivili u l-industrija biex jiddiskutu l-isfidi ewlenin u l-importanza fil-livell tas-soċjetà li jkun hemm sorveljanza ta’ kif jintużaw is-sistemi algoritmiċi.

Wara messaġġ bil-vidjo mill-Kummissarju għas-Suq Intern Thierry Breton, l-udjenza ħarset lejn il-ħidma attwali u ppjanata tal-ECAT, inkluż vetrina preliminari tal-potenzjal tagħha permezz ta’ demos live.

L-ECAT se tipprovdi lill-Kummissjoni b’għarfien espert tekniku u xjentifiku intern biex tiżgura li s-sistemi algoritmiċi użati mill-pjattaformi online kbar ħafna u mill-magni tat-tiftix jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju, tal-mitigazzjoni u tat-trasparenza fid-DSA. Dan jinkludi, fost kompiti oħra, it-twettiq ta’ analiżijiet tekniċi u evalwazzjonijiet tal-algoritmi.

Tim interdixxiplinari ta’ xjenzati tad-data, esperti tal-IA, xjentisti soċjali u esperti legali se jikkombina l-għarfien espert tagħhom biex jivvaluta l-funzjonament tagħhom u jipproponi l-aħjar prattiki biex jittaffa l-impatt tagħhom.

Fi kliem il-Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, Mariya Gabriel: “Ir-riċerka u x-xjenza huma s-sinsla tat-trasformazzjoni diġitali. L-att dwar is-Servizzi Diġitali qed jiftaħ, għall-ewwel darba, aċċess għar-riċerkaturi għal data mill-Pjattaformi Online Kbar Ħafna u Magni ta’ Tiftix Online Kbar Ħafna. Fid-dawl ta’ dan, l-ECAT se trawwem il-ħolqien ta’ komunità tar-riċerka dinjija.”

Aktar informazzjoni

Stqarrija għall-Istampa

Ċentru Ewropew għat-Trasparenza Algorimika (ECAT)

Avveniment ta’ tnedija

Il-pakkett tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali 

Ċentru Konġunt tar-Riċerka.