It-TTC huwa forum ewlieni għal kooperazzjoni mill-qrib dwar kwistjonijiet transatlantiċi ta’ kummerċ u teknoloġija. Il-Kummissjoni kienet irrappreżentata mill-Viċi Presidenti Eżekuttivi Margrethe Vestager u Valdis Dombrovskis, flimkien mal-Kummissarju Thierry Breton. Min-naħa tal-Istati Uniti, is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Antony Blinken, is-Segretarju tal-Kummerċ tal-Istati Uniti Gina Raimondo u r-Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Istati Uniti Katherine Tai kienu preżenti.
Diġitali fil-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti