Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Kodiċi għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi: Il-Kummissjoni tressaq 10 Stati Membri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE

Ir-riferiment tal-Istati Membri huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ traspożizzjoni u komunikazzjoni sħiħa ta’ kif il-miżuri nazzjonali jittrasponu l-Kodiċi tal-UE għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

map of Europe connected by bright lines

© image by imaginima - Getty/iStock

Illum il-Kummissjoni Ewropea ressqet lil Spanja, lill-Kroazja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lill-Irlanda, lill-Polonja, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Slovenja u lill-Iżvezja lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea talli naqsu milli jittrasponu bis-sħiħ u jikkomunikaw lill-Kummissjoni kif il-miżuri nazzjonali jittrasponu l-Kodiċi tal-UE għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

Fuq il-post tax-xogħol, id-dar jew meta jiċċaqalqu, l-Ewropej jistennew konnessjoni tal-internet li tkun rapida u affidabbli. Il-kodiċi jimmodernizza r-regoli tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tal-industrija billi jistimula l-kompetizzjoni, jixpruna l-investimenti u jsaħħaħ is-suq intern u d-drittijiet tal-konsumatur.

Sal-lum, l-Istati Membri elenkati hawn fuq għadhom ma ssodisfawx l-obbligi tagħhom skont il-Kodiċi li jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali tagħhom, u b’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni rreferiet dawn il-każijiet lill-Qorti.

Stqarrija għall-istampa kompluta