Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
News article | Pubblikazzjoni

Estensjoni tal-perjodu ta’ installazzjoni għall-benefiċjarji kollha tal-WiFi4EU

Minħabba l-miżuri ta’ konfinament u ta’ tbegħid soċjali li għadhom fis-seħħ f’diversi Stati Membri, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tagħti estensjoni tal-perjodu ta’ installazzjoni lill-benefiċjarji kollha tal-WIFi4EU sabiex kull muniċipalità kkonċernata tkun tista’ tlesti l-proġetti tagħha.

Fid-dawl tal-miżuri ta’ konteniment tal-COVID-19 li għadhom jaffettwaw il-muniċipalitajiet u r-reġjuni madwar l-Ewropa, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks (INEA) bi qbil mal-Kummissjoni Ewropea, iddeċidiet li tkompli ttaffi l-impatt fuq l-implimentazzjoni tan-networks tal-WiFi4EU.

F’din is-sitwazzjoni diffiċli dejjiema, nixtiequ nkomplu nappoġġaw lill-benefiċjarji fil-proċess ta’ implimentazzjoni tal-WiFi4EU. B’riżultat ta’ dan, il-perjodu ta’ implimentazzjoni huwa estiż bi 6-il xahar għall-benefiċjarji kollha tal-4 sejħa tal-WiFi4EU. Dan għandu jippermetti lil kull muniċipalità kkonċernata tlesti l-proġetti tagħha, jiġifieri l-kumpanija tal-installazzjoni tal-Wi-Fi tissottometti r-rapporti tal-installazzjoni u li l-muniċipalitajiet japprovaw ir-rapporti fil-Portal WiFi4EU.

F’dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, aħna nafdaw li din il-miżura se tgħin lill-muniċipalitajiet ilestu n-networks tal-WiF4EU tagħhom, li se jkunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet lokali u għaċ-ċittadini madwar l-Ewropa.