Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Jibdew japplikaw regoli ġodda tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur li se jibbenefikaw minnhom il-kreaturi, in-negozji u l-konsumaturi

It-tnejn, 7 ta’ Ġunju jimmarka l-iskadenza għall-Istati Membri biex jittrasponu r-regoli l-ġodda tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur fil-liġi nazzjonali. Id-Direttiva l-Ġdida dwar id-Drittijiet tal-Awtur tipproteġi l-kreattività fl-era diġitali, tagħti benefiċċji konkreti liċ-ċittadini, lis-setturi kreattivi, lill-istampa, lir-riċerkaturi, lill-edukaturi u lill-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali madwar l-UE. Fl-istess ħin, id-Direttiva dwar il-programmi tat-televiżjoni u tar-radju l-ġdida se tagħmilha aktar faċli għax-xandara Ewropej biex jagħmlu disponibbli ċerti programmi fuq is-servizzi online tagħhom b’mod transfruntier. Barra minn hekk, illum il-Kummissjoni ppubblikat il-gwida tagħha dwar l-Artikolu 17 tad-Direttiva l-ġdida dwar id-Drittijiet tal-Awtur, li tipprevedi regoli ġodda dwar pjattaformi għall-kondiviżjoni tal-kontenut.

photo of a part of a keyboard with one key marked as copyright

iStock photo Getty Images plus