Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

L-operaturi tat-telekomunikazzjoni fl-UE u fir-Repubblika tal-Moldova jaqblu li jnaqqsu t-tariffi tar-roaming mill-1 ta’ Jannar 2024

Il-Kummissjoni tilqa’ d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-UE u tal-Moldova għal tariffi tar-roaming aktar baxxi.

Flags of Moldova and the European Union

iStock photo Getty images plus

Id-dikjarazzjoni, iffaċilitata mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet tal-Moldova, se ġġib benefiċċji kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għan-negozji fl-Istati Membri tal-UE, fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u fir-Repubblika tal-Moldova. Iċ-ċittadini li jivvjaġġaw bejn dawn il-pajjiżi dalwaqt se jgawdu minn tariffi aktar baxxi fuq is-sejħiet, id-data u t-testi tagħhom. Dawn se jkunu jistgħu jibqgħu f’kuntatt mal-ħbieb u l-familja aktar faċilment, u n-negozji se jibbenefikaw ukoll minn spejjeż imnaqqsa.

Stqarrija għall-istampa kompluta