Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

L-Ukrajna: L-UE tiffaċilita passi koordinati mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni biex tgħin lir-refuġjati jibqgħu konnessi

Waqt avveniment virtwali li seħħ illum, l-operaturi tat-telekomunikazzjoni bbażati fl-UE u fl-Ukrajna ffirmaw dikjarazzjoni konġunta dwar l-isforzi koordinati tagħhom biex jiżguraw u jistabbilizzaw roaming u telefonati internazzjonali affordabbli jew mingħajr ħlas bejn l-UE u l-Ukrajna.

European and Ukrainian color visual

Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, qalet:

Il-possibbiltà li jkun hemm kuntatt ma’ dawk li huma għeżież għalina u l-aċċess għall-informazzjoni hija vitali fi żminijiet ta’ kriżi. Huwa għal hekk li, flimkien mal-Parlament Ewropew, qed nappoġġaw l-inizjattivi tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni li jiffaċilitaw konnettività mobbli affordabbli għall-persuni li ħarbu mill-gwerra. Inħeġġu wkoll miżuri aktar simili li jistgħu jagħmlu differenza reali f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji.

Thierry Breton, il-Kummissarju għas-Suq Intern, qal: 

F’din is-sitwazzjoni ta’ emerġenza, ħafna operaturi tat-telekomunikazzjoni wrew solidarjetà eċċezzjonali man-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. Illum jagħmlu pass importanti addizzjonali. Aħna nilqgħu d-dikjarazzjoni konġunta tal-operaturi Ewropej u Ukreni li tagħmilha aktar faċli għal dawk li qed ibatu l-gwerra tal-Kremlin biex jibqgħu konnessi. Dan l-impenn se jagħmilha possibbli li l-miżuri volontarji jiġu applikati bl-aktar mod wiesa’ possibbli madwar l-Ewropa. Il-persuni spostati madwar l-Ewropa se jkunu jistgħu jċemplu d-dar, u n-nies fl-Ukrajna se jkunu jistgħu jċemplu lill-maħbubin barra minn pajjiżhom b’kundizzjonijiet affordabbli.

Stqarrija għall-istampa kompluta

Related content