Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Report / Study | Pubblikazzjoni

Mekkaniżmi li jsawru l-Midja Soċjali u l-Impatt tagħhom fuq is-Soċjetà — Rapport dwar l-Istat tal-Arti fir-Riċerka

Għadna ‘l bogħod milli jkollna fehim sħiħ tad-dinamika li permezz tagħha l-informazzjoni tinfirex fuq il-midja diġitali. Il-midja soċjali biddlet il-mod kif naċċessaw, nipproduċu u naqsmu l-informazzjoni, u biddlet il-midja tradizzjonali tal-massa f’sistema ta’ networks ta’ komunikazzjoni orizzontali interkonnessi. In-network dinji, ħieles u ugwali immaġinat, imwiegħed fil-bidu tal-era tal-internet u tal-midja soċjali, sar ċibersfera bbażata fuq is-software, xprunata minn interessi ekonomiċi u ġeopolitiċi. Dan il-fatt biddel b’mod sinifikanti l-mod kif jitwassal u jinfirex il-kontenut, u espona s-sistema tal-midja għal distorsjonijiet u manipulazzjonijiet li l-oriġini tagħhom spiss tkun diffiċli biex tiġi aċċertata. L-għan ta’ dan ir-rapport li rriżulta minn studju kkuntrattat mill-Kummissjoni Ewropea huwa li jipprovdi analiżi sistematika, empirika u teoretika biex wieħed jifhem aħjar il-mekkaniżmi li jsawru l-midja soċjali u l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà.

Downloads

20200331 - SMART FINAL REPORT
Iddawnlowdja