Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
News article | Pubblikazzjoni

Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni

Ir-rappreżentanti tal-pjattaformi online, in-networks soċjali ewlenin, dawk li jirreklamaw u l-industrija tar-reklamar qablu dwar Kodiċi ta’ Prattika awtoregolatorju biex jiġi indirizzat it-tixrid tad-diżinformazzjoni online u tal-aħbarijiet foloz.

Din hija l-ewwel darba madwar id-dinja li l-industrija taqbel, fuq bażi volontarja, ma’ standards awtoregolatorji għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni. Il-Kodiċi ta’ Prattika għandu l-għan li jilħaq l-objettivi stabbiliti mill- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppreżentata f’April 2018 billi jistabbilixxi firxa wiesgħa ta’ impenji, mit-trasparenza fir-reklamar politiku sal-għeluq ta’ kontijiet foloz u d-demonetizzazzjoni ta’ dawk li jwettqu d-diżinformazzjoni.

Il-Kodiċi jinkludi anness li jidentifika l-aħjar prattiki li l-firmatarji se japplikaw biex jimplimentaw l-impenji tal-Kodiċi. Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll l- opinjoni tal-Sounding board tal-forum ta’ diversi partijiet interessati dwar il-Kodiċi ta’ Prattika.

Il-Kodiċi ta’ Prattika ġie ffirmat mill-pjattaformi online Facebook, Google u Twitter, Mozilla, kif ukoll minn dawk li jirreklamaw u l-industrija tar-reklamar f’ Ottubru 2018 u l-firmatarji ppreżentaw il- pjanijiet direzzjonali tagħhom biex jimplimentaw il-Kodiċi. Microsoft issieħbet f’Mejju 2019, filwaqt li TikTok iffirmat il-Kodiċi f’Ġunju 2020.

Il-pjattaformi online u l-assoċjazzjonijiet kummerċjali li jirrappreżentaw is-settur tar-reklamar ippreżentaw rapport ta’ referenza f’Jannar 2019 li jistabbilixxi s-sitwazzjoni attwali tal-miżuri meħuda biex jikkonformaw mal-impenji tagħhom skont il-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni.

Bejn Jannar u Mejju 2019, il-Kummissjoni Ewropea wettqet monitoraġġ immirat tal-implimentazzjoni tal-impenji minn Facebook, Google u Twitter b’pertinenza partikolari għall-integrità tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. B’mod partikolari, il-Kummissjoni talbet lit-tliet pjattaformi firmatarji tal-Kodiċi ta’ Prattika biex jirrapportaw kull xahar dwar l-azzjonijiet tagħhom meħuda biex itejbu l-iskrutinju tat-tqegħid tar-reklami, jiżguraw it-trasparenza tar-reklamar politiku u bbażat fuq kwistjonijiet speċifiċi u biex jindirizzaw il-kontijiet foloz u l-użu malizzjuż tal-bots. Il-Kummissjoni ppubblikat ir-rapporti li rċeviet għall-ħames xhur flimkien mal-valutazzjoni tagħha stess (għal aktar dettalji, ara r-rapporti intermedji għal Jannar, Frar, Marzu, April, u Mejju 2019). F’Ottubru 2019 ġie ppubblikat rapport annwali ta’ awtovalutazzjoni tal-firmatarji tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni. Ir-rapporti ta’ awtovalutazzjoni jindikaw sforzi komprensivi mill-firmatarji biex jimplimentaw l-impenji tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, li jirrappreżenta progress fis-sitwazzjoni prevalenti qabel id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi, filwaqt li għadhom meħtieġa passi serji ulterjuri minn firmatarji individwali u mill-komunità kollha kemm hi. Il-Kummissjoni se tippubblika valutazzjoni tal-ewwel sena tal-Kodiċi fl-2020.

Il-Kodiċi u inizjattivi oħra stabbiliti mill-Kummissjoni huma passi essenzjali biex jiġu żgurati attivitajiet ta’ kampanja online trasparenti, ġusti u affidabbli qabel l-elezzjonijiet Ewropej fir-rebbiegħa tal-2019.

Fid-dikjarazzjoni tagħha, il-Kummissarju għall-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali Mariya Gabriel laqgħet il-ftehim dwar il-Kodiċi ta’ Prattika.

Aktar informazzjoni

Verżjonijiet lingwistiċi oħra tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni

BulgaruKroat - ĊekDaniż - OlandiżEstonjan - Finlandiż - FranċiżĠermaniż 

GriegUngeriżTaljanLitwanLatvjanMaltiPollakkPortugiż 

Ir-Rumen — is- Slovakkis-Sloven — l- Isvediż — l- Isvediż

Related content