Il-finanzjament se jkun disponibbli permezz ta’ żewġ sejħiet għal proposti, li jallokaw EUR 5 miljun għar-rappurtar diġitali, u EUR 4.5 miljun għar-rappurtar awdjo.
l-ewwel sejħa għandha l-għan li tiffinanzja żewġ proġetti għat-tixrid ta’ kontenut f’formati diġitali f’minimu ta’ sitt lingwi tal-UE u hija mmirata lejn organizzazzjonijiet tal-midja tal-aħbarijiet u żviluppaturi tat-teknoloġija biex tgħinhom iħejju u jippreżentaw aħbarijiet diġitali. l-objettiv huwa li ċ-ċittadini jingħataw għażla wiesgħa ta’ kontenut tal-aħbarijiet onlajn billi jiżdied ir-rappurtar indipendenti permezz ta’ formati diġitali.
It-tieni sejħa għandha l-għan li tiffinanzja proġett wieħed li jiffoka fuq il-produzzjoni ta’ formati awdjo bħal bullettini tal-aħbarijiet, rapporti, dokumentarji, rivisti u spettakli ta’ diskussjoni u għandha fil-mira tagħha l-midja tal-aħbarijiet u b’mod partikolari l-midja speċjalizzata f’formati awdjo. l-għan huwa li tiżdied il-firxa ta’ rappurtar indipendenti permezz ta’ formati awdjo, speċjalment bejn il-fruntieri biex jibbenefikaw kemm jista’ jkun ċittadini tal-UE, speċjalment f’pajjiżi fejn l-informazzjoni dwar l-affarijiet tal-UE hija limitata.
Il-parteċipanti eliġibbli se jkollhom joperaw b’indipendenza editorjali sħiħa.
Aktar informazzjoni dwar l-eliġibbiltà, il-proċedura tal-applikazzjoni u l-iskadenzi hija disponibbli fuq: