Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tniedi s-sistema Destinazzjoni d-Dinja fil-Finlandja biex tgħin fl-adattament għat-tibdil fil-klima

Il-Kummissjoni attivat is-sistema inizjali Destinazzjoni d-Dinja (DestinE) fil-preżenza tal-Viċi President Eżekuttiv Margrethe Vestager u l-Ministru Finlandiż għall-Impjiegi, Arto Satonen.

Commission launches Destination Earth system in Finland to help climate change adaptation

DestinE hija inizjattiva ewlenija tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li tiżviluppa tewmi diġitali preċiż ħafna tad-Dinja. L-użu tas-sistema DestinE jfisser li l-kompjuters ta’ prestazzjoni għolja tal-Ewropa (EuroHPC), inkluż is-superkompjuter LUMI f’Kajaani, il-Finlandja, ingħataw il-kompitu li jissimulaw l-effetti tat-tibdil fil-klima u l-avvenimenti estremi tat-temp. Bis-saħħa ta’ din l-inizjattiva, l-Ewropa se tkun ippreparata aħjar biex tirrispondi għal diżastri naturali kbar, tadatta għat-tibdil fil-klima u tivvaluta l-impatti soċjoekonomiċi u ta’ politika potenzjali ta’ avvenimenti bħal dawn.

DestinE qed tuża kapaċitajiet ta’ mmudellar bla preċedent bis-saħħa tal-kompjuters EuroHPC u l-kapaċità tal-Intelliġenza Artifiċjali. L-inizjattiva tirrappreżenta wkoll komponent ewlieni tal-istrateġija Ewropea għad-data billi tikkonsolida l-aċċess għal sorsi siewja ta’ data madwar l-Ewropa. DestinE issa huwa operattiv u huwa mistenni li jevolvi kontinwament, jestendi l-operazzjonijiet u jiżviluppa aktar komponenti. Sal-2030, DestinE għandu jlesti replika diġitali sħiħa tad-Dinja.

Aqra l-istqarrija għall-istampa sħiħa , aktar informazzjoni dwar Destinazzjoni d-Dinja u niżżel l-iskeda informattiva.