Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tiftaħ proċedimenti formali kontra AliExpress skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali

Il-Kummissjoni fetħet proċedimenti formali biex tivvaluta jekk AliExpress setax kiser l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) f’oqsma marbuta mal-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji, mal-moderazzjoni tal-kontenut u mal-mekkaniżmu intern għat-trattament tal-ilmenti, mat-trasparenza tas-sistemi tar-reklamar u ta’ rakkomandazzjoni, mat-traċċabbiltà tan-negozjanti u mal-aċċess għad-data għar-riċerkaturi.

Commission opens formal proceedings against AliExpress under the Digital Services Act

Digital Services Act - DSA

Abbażi tal-investigazzjoni preliminari mwettqa sa issa, inkluża l-analiżi tar-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju mibgħut minn AliExpress f’Awwissu 2023, l-informazzjoni ppubblikata fir-Rapport ta’ Trasparenza tagħha u t-tweġibiet tagħha għat-talbiet formali għall-informazzjoni tal-Kummissjoni (mis- 6 ta’ Novembru 2023 u t- 18 ta’ Jannar 2024), il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedimenti formali kontra AliExpress skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fl-istqarrija għall- istampa tagħna.

Sib aktar informazzjoni: