Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tiftaħ proċeduri ta’ ksur kontra 24 Stat Membru talli ma ttrasponewx regoli ġodda tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni

Il-Kummissjoni fetħet proċeduri ta’ ksur kontra 24-il Stat Membru talli naqsu milli jippromulgaw regoli ġodda tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni. Il-kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi jimmodernizza l-qafas regolatorju Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika, sabiex isaħħaħ l-għażliet u d-drittijiet tal-konsumaturi, pereżempju billi jiżgura kuntratti iktar ċari, servizzi ta’ kwalità, u swieq kompetittivi għall-konsumaturi. Il-kodiċi jiżgura wkoll standards ogħla tas-servizzi tal-komunikazzjoni, inkluż dawk tal-komunikazzjoni ta’ emerġenza iktar effiċjenti u aċċessibbli.

Barra minn hekk, dan jippermetti lill-operaturi jibbenefikaw minn regoli li jinċentivaw l-investimenti f’networks b’kapaċità għolja ħafna, kif ukoll minn prevedibbiltà regolatorja mtejba, li twassal għal servizzi u infrastrutturi diġitali aktar innovattivi.

Stqarrija għall-istampa kompluta