Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tirrakkomanda azzjonijiet għall-ġlieda kontra l-piraterija online tal-isport u avvenimenti diretti oħra

Illum il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar kif għandha tiġi miġġielda l-piraterija online fuq skala kummerċjali tal-isport u avvenimenti diretti oħra, bħal kunċerti u spettakli teatrali.

graphic showing a mobile phone with a footballer jumping out of the screen and a background of a football stadium

iStock photo Getty images plus

Hija tħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet nazzjonali, lid-detenturi tad-drittijiet u lill-fornituri tas-servizzi intermedjarji biex jieħdu miżuri effettivi, ibbilanċjati u xierqa biex jiġġieldu t-trażmissjonijiet mill-ġdid mhux awtorizzati ta’ tali streamings, f’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali u mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. Billi tintensifika l-ġlieda kontra l-piraterija online, ir-Rakkomandazzjoni se tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-industriji sportivi u kreattivi tal-UE.

Stqarrija għall-istampa kompluta

Rakkomandazzjoni