Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
  • PRESS RELEASE
  • Pubblikazzjoni 19 Marzu 2025

Il-Kummissjoni tibgħat sejbiet preliminari lil Alphabet skont l-Att dwar is-Swieq Diġitali

Il-Kummissjoni Ewropea bagħtet żewġ settijiet ta’ sejbiet preliminari lil Alphabet talli naqset milli tikkonforma mal-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA), fir-rigward ta’ żewġ servizzi li għalihom ġiet maħtura bħala gwardjan.

Commission sends preliminary findings to Alphabet under the Digital Markets Act

L-ewwel nett, il-Kummissjoni infurmat lil Alphabet dwar il-fehma preliminari tagħha li ċerti karatteristiċi u funzjonalitajiet ta’ Google Search jittrattaw is-servizzi ta’ Alphabet stess b’mod aktar favorevoli meta mqabbla ma’ dawk rivali, u b’hekk ma jiżgurawx it-trattament trasparenti, ġust u nondiskriminatorju ta’ servizzi ta’ partijiet terzi kif meħtieġ mid-DMA.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat lil Alphabet dwar il-fehma preliminari tagħha li s-suq tal-apps tagħha Google Play ma jikkonformax mad-DMA, peress li l-iżviluppaturi tal-apps ma jitħallewx jidderieġu liberament lill-konsumaturi lejn kanali oħra għal offerti aħjar.

 

Aqra l-istqarrija għall-istampa sħiħa