Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tilqa’ l-ftehim politiku dwar l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep

Il-Kummissjoni laqgħet il-ftehim politiku li ntlaħaq din il-ġimgħa bejn il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri tal-UE dwar l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep, propost mill-Kummissjoni fit-8 ta’ Frar 2022, inkluż dwar il-baġit.

European Chips Act logo

@EuropeanCommission

L-ewwel pilastru tal-Att — l-Inizjattiva Ċipep għall-Ewropa — se jsaħħaħ it-tmexxija teknoloġika tal-Ewropa, billi jiffaċilita t-trasferiment tal-għarfien mil-laboratorju għall-faks, inaqqas id-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-attivitajiet industrijali u billi jippromwovi l-industrijalizzazzjoni tat-teknoloġiji innovattivi min-negozji Ewropej.

Minbarra l-Inizjattiva Ċipep għall-Ewropa, it-tieni pilastru tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep se jinċentiva l-investimenti pubbliċi u privati fil-faċilitajiet tal-manifattura għall-produtturi taċ-ċipep u l-fornituri tagħhom. 

It-tieni pilastru tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep se joħloq qafas biex jiżgura s-sigurtà tal-provvista billi jattira l-investimenti u jtejjeb il-kapaċitajiet tal-produzzjoni fil-manifattura tas-semikondutturi. 

Fit-tielet pilastru tiegħu, l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep se jistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-kollaborazzjoni mal-Istati Membri u bejniethom, għall-monitoraġġ tal-provvista tas-semikondutturi, għall-istima tad-domanda, għall-antiċipazzjoni tan-nuqqasijiet, u, jekk ikun meħtieġ, għall-iskattar tal-attivazzjoni ta’ stadju ta’ kriżi. Biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep jistabbilixxi sett ta’ għodod apposta ta’ miżuri li jistgħu jittieħdu.

Margrethe Vestager, il-Viċi President Eżekuttiv għal Ewropa Lesta għall-Era Diġitali, qalet:

Iċ-ċipep huma essenzjali għall-prodotti diġitali u diġitalizzati kollha tagħna. U l-ftehim tal-lum se jgħin biex tiġi żgurata l-provvista ta’ semikondutturi innovattivi fl-Ewropa. Dan se jaċċellera l-adozzjoni ta’ ċipep innovattivi min-negozji Ewropej li jagħmluhom aktar kompetittivi. Għalhekk nilqgħu l-fatt li l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew kisbu dan il-ftehim fi żmien qasir ħafna.”

Informazzjoni Sħiħa

Stqarrija għall-Istampa

Att dwar iċ-Ċipep għall-Ewropa