Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissarju Breton jipparteċipa fl-Assemblea Diġitali 2022 biex jimmobilizza l-appoġġ diġitali għall-Ukrajna

Għada, il-Kummissarju għas-Suq Intern, Thierry Breton, se jipparteċipa online fl-Assemblea Diġitali annwali, l-okkażjoni biex jiġu diskussi u skambjati fehmiet fost l-esperti, l-amministrazzjoni u r-rappreżentanti tal-industrija, ir-riċerkaturi u partijiet ikkonċernati oħra tal-politika diġitali.

banner of the Digital Assembly event

French Presidency of the Council of the European Union

Huwa se jiftaħ l-avveniment b’diskors ewlieni dwar żviluppi teknoloġiċi ġodda u t-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali. Aktar tard waranofsinhar, flimkien mal-Ministru tal-Ukrajna għat-Trasformazzjoni Diġitali, Mykhailo Fedorov, il-Kummissarju se jitkellem f’avveniment ta’ livell għoli biex jimmobilizza appoġġ finanzjarju u donazzjonijiet ta’ tagħmir essenzjali għas-settur diġitali tal-Ukrajna. 

L-Assemblea Diġitali 2022 hija avveniment ta’ livell għoli organizzat b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li se jsir fl-21 u t-22 ta’ Ġunju f’Toulouse, Franza. Minbarra l-appoġġ għall-Ukrajna, is-suġġetti ta’ diskussjoni se jinkludu l-futur tal-Internet, il-katina tal-valur diġitali tal-Ewropa, it-tranżizzjoni klimatika, il-protezzjoni tal-minorenni online, kif ukoll il-ħiliet diġitali.

Aktar dettalji dwar il-programm sħiħ, ir-reġistrazzjonijiet u x-xandira diretta