Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Kodiċi għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi: Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jittrasponu bis-sħiħ ir-regoli l-ġodda tat-telekomunikazzjoni fid-dritt nazzjonali

Din il-ġimgħa l-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata lill-Estonja, lil Spanja, lill-Kroazja, lill-Irlanda, lill-Italja, lil Ċipru, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil-Lussemburgu, lil Malta, lin-Netherlands, lill-Awstrija, lill-Polonja, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Slovenja, lis-Slovakkja u lill-Iżvezja talli ma nnotifikawx lill-Kummissjoni dwar it-traspożizzjoni sħiħa tal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

graphic showing interconnections over a map of Europe

iStock photo Getty Images plus

Ir-regoli l-ġodda jimmodernizzaw il-qafas regolatorju Ewropew għall-komunikazzjoni elettroniċi, itejbu l-għażliet u d-drittijiet tal-konsumaturi u jinċentivaw lill-operaturi biex jinvestu f’networks ta’ kapaċità għolja ħafna u jintroduċu l-fibra u l-5G. L-Istati Membri kellhom jittrasponu r-regoli fil-liġijiet nazzjonali sal-21 ta’ Diċembru 2020. F’Frar 2021, il-Kummissjoni bagħtet ittri lil 24 Stat Membru talli ma nnotifikawx traspożizzjoni sħiħa. Il-Kummissjoni issa qed tieħu t-tieni pass fil-proċedura ta’ ksur billi tibgħat opinjoni motivata lil 18-il Stat Membru li għadhom ma nnotifikawx traspożizzjoni sħiħa. Issa l-Istati Membri se jkollhom xahrejn biex iwieġbu lill-Kummissjoni, inkella l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.