
Il-programm ta’ politika jistabbilixxi miri u objettivi diġitali fl-oqsma tal-ħiliet diġitali, l-infrastruttura diġitali, id-diġitalizzazzjoni tan-negozju u tas-servizzi pubbliċi. Il-miri u l-objettivi tal-2030 se jiġu segwiti permezz ta’ ċiklu annwali ta’ kooperazzjoni, li se jevalwa l-progress tul trajettorji u KPIs definiti b’mod prijoritarju. Il-programm joħloq ukoll qafas ġdid għal proġetti multinazzjonali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jingħaqdu f’inizjattivi diġitali.
Sib it-test legali sħiħ tal-programm ta’ politika fil-lingwi kollha tal-UE.