Il-gwida tappella għat-tisħiħ tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni fl-oqsma li ġejjin biex tiġi żgurata applikazzjoni sħiħa u konsistenti fost il-partijiet ikkonċernati u l-pajjiżi tal-UE:
- Parteċipazzjoni akbar b’impenji mfassla apposta
- Demonetizzazzjoni aħjar tad-diżinformazzjoni
- L-iżgurar tal-integrità tas-servizzi
- It-titjib tal-għoti tas-setgħa lill-utenti
- Żieda fil-kopertura tal-verifika tal-fatti u l-għoti ta’ aċċess akbar għad-data lir-riċerkaturi
- Il-ħolqien ta’ qafas ta’ monitoraġġ aktar robust
Il-Kummissjoni tappella wkoll lill-firmatarji tal-Kodiċi ta’ Prattika biex jiżviluppaw Ċentru ta’ Trażmissjoni fejn jindikaw liema politiki adottaw biex jimplimentaw l-impenji tal-Kodiċi, kif ġew infurzati, u juru d-data u l-metrika kollha rilevanti għall-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni. Il-gwida tipproponi wkoll l-istabbiliment ta’ task force permanenti ppreseduta mill-Kummissjoni.
Il-passi li jmiss
Il-firmatarji tal-Kodiċi ta’ Prattika għandhom jiltaqgħu biex isaħħu l-Kodiċi f’konformità mal-gwida tal-Kummissjoni u jippreżentaw l-ewwel abbozz fil-ħarifa.