Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tappella lil 6 Stati Membri biex jikkonformaw mal-Att tal-UE dwar is-Servizzi Diġitali

Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tiftaħ proċedimenti ta’ ksur billi bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lill-Belġju, lil Spanja, lill-Kroazja, lil-Lussemburgu, lin-Netherlands u lill-Iżvezja.

Dawk l-Istati Membri huma:

il-Belġju (INFR(2024)2164) Spanja (INFR(2024)2165), il-Kroazja (INFR(2024)2166), il-Lussemburgu (INFR(2024)2168), in-Netherlands (INFR(2024)2163) u l-Iżvezja (INFR(2024)2169).

Dawn l-Istati Membri jew ma ddeżinjawx l-awtoritajiet kompetenti, l-hekk imsejħa Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, biex jimplimentaw l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, jew ma tawx is-setgħa lil dawn l-awtoritajiet biex iwettqu l-kompiti meħtieġa mill-Att, jew it-tnejn li huma. L-Att dwar is-Servizzi Diġitali għandu l-għan li jagħmel l-ispazju online aktar sikur. L-Istati Membri kellhom sas-17 ta’ Frar 2024 biex jiddeżinjaw dawn l-awtoritajiet skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali. Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali jissorveljaw lill-intermedjarji online (bħall-pjattaformi online) stabbiliti fit-territorji tagħhom u huma l-ewwel punt ta’ kuntatt għan-nies u għan-negozji biex isolvu l-ilmenti relatati magħhom. L-Istati Membri għandhom xahrejn biex iwieġbu u jindirizzaw in-nuqqasijiet imqajma mill-Kummissjoni. Fin-nuqqas ta’ tweġibiet sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li toħroġ opinjonijiet motivati.