Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tiftaħ proċedimenti formali kontra Meta skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali relatat mal-protezzjoni tal-minorenni fuq Facebook u Instagram

Il-Kummissjoni fetħet proċedimenti formali biex tivvaluta jekk Meta, il-fornitur ta’ Facebook u Instagram, setax kiser l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) f’oqsma marbuta mal-protezzjoni tal-minorenni.

Commission opens formal proceedings against Meta under the Digital Services Act related to the protection of minors on Facebook and Instagram

Il-Kummissjoni tinsab imħassba li s-sistemi kemm ta’ Facebook kif ukoll ta’ Instagram, inklużi l-algoritmi tagħhom, jistgħu jistimulaw vizzji fuq l-imġiba fit-tfal, kif ukoll joħolqu l-hekk imsejħa “effetti-rabbit-hole”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija mħassba wkoll dwar l-assigurazzjoni tal-età u l-metodi ta’ verifika stabbiliti mill-Meta.

Il-ftuħ tal-proċedimenti huwa bbażat fuq analiżi preliminari tar-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju mibgħut minn Meta f’Settembru 2023, it-tweġibiet tal-Meta għat-talbiet formali għall-informazzjoni tal-Kummissjoni (dwar il-protezzjoni tal-minorenni u l -metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju), ir-rapporti disponibbli għall-pubbliku kif ukoll l-analiżi tal-Kummissjoni stess.

Aqra l-istqarrija għall-istampa sħiħa u tgħallem aktar dwar id-DSA.