Skip to main content
Shaping Europe’s digital future
Press release | Pubblikazzjoni

Il-Kummissjoni tirrakkomanda li jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju fuq erba’ oqsma kritiċi tat-teknoloġija: semikondutturi avvanzati, intelliġenza artifiċjali, quantum, bijoteknoloġiji

Il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar oqsma kritiċi tat-teknoloġija għas-sigurtà ekonomika tal-UE, għal valutazzjoni tar-riskju ulterjuri mal-Istati Membri.

graphic showing a circuit board and a cpu

iStock photo Getty images plus

Din ir-Rakkomandazzjoni toħroġ mill-Komunikazzjoni Konġunta dwar Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika li stabbiliet approċċ strateġiku komprensiv għas-sigurtà ekonomika fl-UE.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija relatata mal-valutazzjoni ta’ wieħed minn erba’ tipi ta’ riskji f’dak l-approċċ komprensiv, jiġifieri r-riskju tat-teknoloġija u r-rilokazzjoni tat-teknoloġija. Il-valutazzjoni tar-riskju se tkun ta’ natura oġġettiva, u la r-riżultati tagħha u lanqas kwalunkwe miżura ta’ segwitu ma jistgħu jiġu antiċipati f’dan l-istadju. Fir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tressaq lista ta’ għaxar oqsma kritiċi tat-teknoloġija.

Stqarrija għall-istampa kompluta